Potenzjal għat-tisħin globali
(GWP) tfisser il-kejl ta’ kemm 1 kg tar-refriġerant użat fiċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar huwa stmat li jikkontribwixxi għat-tisħin globali, espress f’ ekwivalenti ta’ kg CO2 fuq medda ta’ żmien ta’ 100 sena
Il-valuri GWP kkunsidrati se jkunu dawk stipulati fl-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 842/2006
għar-refriġeranti flworinati, il-valuri GWP għandhom ikunu dawk ippubblikati fit-Tielet Rapport ta’ Valutazzjoni (Third Assessment Report - TAR), adottat mill-Bord Intergovernattiv għat-Tibdil fil-Klima (Intergovernmental Panel on Climate Change) [1] (valuri GWP 2001 tal-IPCC GWP għal perjodu ta’ 100 sena)
għall-gassijiet mhux flworinati, il-valuri GWP huma dawk ippubblikati fl-ewwel valutazzjoni tal-IPCC [2] fuq perjodu ta’ 100 sena
Il-valuri GWP għal taħlitiet ta’ refriġeranti għandhom ikunu bbażati fuq il-formula ddikjarata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 842/2006
għar-refriġeranti mhux inklużi fir-referenzi fuq, ir-rapport IPCC UNEP 2010 dwar ir-Refriġerazzjoni, l-Ikkundizzjonar tal-Arja u l-Pompi tas-Sħana (Refrigeration, Air Conditioning and Heat Pumps), ta’ Frar 2011, jew iġded, għandu jintuża bħala referenza